Ħarsa Ġenerali
Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bħalissa jipprovdi Trasport bla ħlas lill-istudenti fl-iskola obligatorja u fil-kindergarten, li jattendu Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u skejjel Indipendenti.
Il-vetturi kollha tat-trasport tal-iskola li se jintużaw għall-iskema huma konformi mal-liġi u approvati biex iġorru t-tfal tal-iskola mill-Awtorità Kompetenti Nazzjonali, Transport Malta.
Lista ta’ Fornituri tat-Trasport tal-Iskejjel għall-Iskejjel tal-Istat:
- AIL Peppin
- COOP Services Ltd.
- COOP & Transport for Disabled Persons
- Gozo Coaches Cooperative
- MEET Garage
- Speedway
- Unscheduled Coach Service (UCS) Ltd.
- Unscheduled Transport Services
Lista approvata għat-trasport tal-iskola bla ħlas għall-Iskejjel tal-Knisja u Indipendenti
Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta’ skola mill-għażliet t’hawn fuq u segwi l-linji gwida rispettivi.

Skejjel
tal-Istat

Skejjel
Indipendenti

Skejjel
tal-Knisja
